Soċjeta' Mużikali Peace Naxxar

Is-Soċjeta' Mużikali Peace ġiet imwaqqfa fl-1862 u hija meqjusa bħala waħda mill-ewwel Soċjetajiet Mużikali li kien hawn f'Malta, kif ukoll hija l-ewwel Soċjeta' Mużikali li kien hawn fir-raħal tan-Naxxar. Fis-sena 2012 s-Soċjeta tagħna għalqet l-150 sena anniversarju mit-twaqqif tal-banda tagħha. Din il-banda ddoqq fl-avvinimenti kollha fin-Naxxar fosthom fil-Ġimgħa Kbira, fl-Irxoxt, fil-Festa, fil-Milied u f'ħafna aktar avvinimenti matul is-sena. Tagħti servizzi wkoll f'bosta lokalitajiet oħra. Għall-aktar informazzjoni fuq din is-Soċjeta, żżuru s-sit uffiċjali tas-Soċjeta' - www.bandapeacenaxxar.com