Tal-Istilla Mosta

It-twaqqif mill-ġdid tal-Filarmonika Santa Marija seħħ fid-9 ta' Awissu ta' l-1986. L-ewwel surmast kien Ronnie Debattista illi dam f'din il-kariga għal seba' snin, wara ġie maħtur is-Surmast Pawlu Busuttil. Fis-sena 2006 inħatar is-Surmast Ray Sciberras u fil-present is-Surmast Direttur hu Wayne Bartolo.

L-impenn ewlieni jibqa' l-parteċipazzjoni tal-banda fil-purċissjoni tal-Ġimgha l-Kbira bid-daqq ta' marċi funebri u bis-sehem attiv, kemm bil-Banda, Logħob tan-nar u l-Briju tas-Sezzjoni Zgħazagħ fil-festi esterni ta' Santa Marija.

Id-9 ta' Awwissu jitqies bħala "Jum il-Filarmonika Santa Marija" u kull sena jiġi kkommemorat bid-daqq ta' programm vokali u strumentali ġo Pjazza Rotunda u logħob tan-nar maħdum mill-membri tal-istess Post tan-Nar tagħna li nfetaħ fis-sena 1991.