Konsagrazzjoni tal-Artal Mejda Birżebbuġa 1 t'Awwissu 2020
Автор: San Pietru Appostlu - Birżebbuġa, Malta.
Загружено: 2020-08-04
Просмотров: 68
Konsagrazzjoni tal-Artal Mejda l-ġdid ta' Birżebbuġa mill-Arċisqof ta' Malta Mons. Charles Jude Scicluna nhar is-Sibt l-1 t'Awwissu 2020. L-artal mejda żżanżan flimkien ma' ambone u sedji ġodda kollha fl-irħam fin abjad ta' Carrara fl-Italja biex b'hekk jikkumplimenta l-artal antik tat-tabernaklu. Dan l-artal ġie ddisinjat mill-Perit Michael Schembri li tiegħu huwa wkoll benefattur flimkien mal-familja tal-ex-kappillan Mons. Dun Anġ Fenech. Tajjeb li wieħed ikun jaf li din il-Konsagrazzjoni seħħet fi żmien meta l-pandemija kienet qed tnaqqas u kien hemm diġa ppjanati xi attivitajiet ta' marċi u nar għall-festa ta' dik il-ġimgħa. Ġara li eżatt kif bdiet il-ġimgħa tal-festa ta' San Pietru, ġew reġistrati numru kbir ta' nies infettati f'daqqa waħda u l-attivitajiet kollha ġew ikkanċellati ħesrem. Il-festa ta' San Pietru kellha tiġi kkanċellata fil-ġimgħa tagħha stess. Lanqas il-Pellegrinaġġ li kellu jsir l-għada 2 t'Awwissu kellu jitħassar.
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео mp4
-
Информация по загрузке: