7. Int L Għaxqa Tagħna O Katarina
Автор: Josef Grech
Загружено: 2019-03-09
Просмотров: 237
Kienu bosta dawk il-mumenti, ġrajjiet u opri tal-arti li matul iż-żmien intrabtu għal dejjem ma’ Santa Katarina V.M. Opri kbar tal-arti bħal din il-vara li llum qegħdin nammiraw, pitturi mill-ifjen, mużika ddedikata lilha u festi kbar li jsiru ad unur tagħha. L-imħabba li missirijietna kellhom għal din il-qaddisa għaddiet minn ġenerazzjoni għal oħra fost iż-Żrieraq sakemm waslet għandna illum. Għalhekk bil-qalb induru lejk O Katarina u ntennulek...
Int l-għaxqa tagħna, O Katarina,
Int fjur li jfewwaħ l-isbaħ ġnien,
Ħadt il-martirju, komplejt issaħħaħ,
Tal-fidwa tagħna s-sisien,
Int kenn u faraġ, tal-qlub imtaqqla,
Li lilek talbu f’waqt ta’ dieq,
Int li tressaqna lejn Ġesu Kristu’,
Int il-Patruna taż-Żurrieq
Raħalna lilek għażel Katarina,
Minn fost tal-ġenna kollha l-qaddisin,
Sabiex tagħna uliedu tkun Patruna,
Tħarisna u tindukrana tul is-snin
Ħabbewk tul dan iż-żmien missirijietna,
Bik kburin kienu, ma kulħadd faħħruk,
Fi qlub uliedhom għalik nisslu mħabba,
Għalhekk sal-llum minn qalbna għadna nħobbuk
Int l-għaxqa tagħna, O Katarina,
Int fjur li jfewwaħ l-isbaħ ġnien,
Ħadt il-martirju, komplejt issaħħaħ,
Tal-fidwa tagħna s-sisien,
Int kenn u faraġ, tal-qlub imtaqqla,
Li lilek talbu f’waqt ta’ dieq,
Int li tressaqna lejn Ġesu Kristu’,
Int il-Patruna taż-Żurrieq
Ulied dar-raħal b’għaqal b’ħila kbira,
B’dedikazzjoni lilek tempju bnew,
U għarfu mħabbtek u anke l-fidi tiegħek,
U l-istess fidi tagħhom hemm stqarrew
Ġo fiħ bdew jiġu mgħammda wlied iż-Żrieraq,
F’mument solenni taħt ħarset għajnejk,
Mument li fihom sawwar tama, mħabba,
Mhux ta’ b’xejn aħna ż-Żrieraq grati lejk
Int l-għaxqa tagħna, O Katarina,
Int fjur li jfewwaħ l-isbaħ ġnien,
Ħadt il-martirju, komplejt issaħħaħ,
Tal-fidwa tagħna s-sisien,
Int kenn u faraġ, tal-qlub imtaqqla,
Li lilek talbu f’waqt ta’ dieq,
Int li tressaqna lejn Ġesu Kristu’,
Int il-Patruna taż-Żurrieq
Kemm ferħu wliedek Żrieraq bi xbiehetek,
Bi dmugħ ta’ ferħ li feġġ fuq xfar l-għajnejn,
B’ċapċip u kant laqgħuha fid-dar t’Alla,
X’ħin wassluha fuq tagħhom l-ispallejn
Għad li mijiet tas-snin għaddew mill-wasla,
Ta’ din ix-xbiegħa xogħol kapulavur,
Dak ġmielha lill-qlub tagħna għadu jsaħħar,
Għax fik tfakkarna, tagħna int l-isbaħ fjur
Int l-għaxqa tagħna, O Katarina,
Int fjur li jfewwaħ l-isbaħ ġnien,
Ħadt il-martirju, komplejt issaħħaħ,
Tal-fidwa tagħna s-sisien,
Int kenn u faraġ, tal-qlub imtaqqla,
Li lilek talbu f’waqt ta’ dieq,
Int li tressaqna lejn Ġesu Kristu’,
Int il-Patruna taż-Żurrieq
Int li tressaqna lejn Ġesu Kristu’,
Int il-Patruna taż-Żurrieq
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео mp4
-
Информация по загрузке: