JAGĦMEL ĦERBA FIĊ-ĊELLA U OĦRA FIL-QORTI
Автор: ONE News Malta
Загружено: 2018-06-07
Просмотров: 75795
ONE.COM.MT • F’festa pubblika l-Qorti fetħet b’urġenza biex fost oħrajn dehru quddiemha, Libjan li l-Erbgħa għamel ħerba fl-Għassa tal-Qawra fejn allagatament prova jaħraq ċella, kisser ħġieġa u qata idu biha filwaqt li akkuża lill-Pulizija sawtuh. Iżda x-xeni tal-Libjan komplew fl-Awla u barra l-Qorti fejn kompla jirreżisti lill-Pulizija kif jixhdu l-filmati li se nsegwu. Dan filwaqt li għajjar lill-Maltin u l-Pulizija Razzisti u beda jgħajjat ‘Allah hu Akbar’. Intant, tressqu l-qorti wkoll żewġ Rumeni akkużati b’ pick-pocketing u Malti li talab bil-ħniena lill-Maġistrat biex ma jibagħtux il-ħabs iżda f’ post fejn jista’ jibda l-programm tad-droga.
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео mp4
-
Информация по загрузке: