Популярное

Музыка Кино и Анимация Автомобили Животные Спорт Путешествия Игры Юмор

Интересные видео

2025 Сериалы Трейлеры Новости Как сделать Видеоуроки Diy своими руками

Топ запросов

смотреть а4 schoolboy runaway турецкий сериал смотреть мультфильмы эдисон
dTub
Скачать

IMUT IL-PRESIDENT TAL-HIBS TONY BEZZINA

Автор: ONE News Malta

Загружено: 2021-03-15

Просмотров: 4358

Описание:

ONE.COM.MT • It-Tnejn filgħodu Raħal Ġdid inħasad bil-mewt tal-President tat-tim tal-futbol ta’ Hibernians Tony Bezzina.
Bezzina li għamel aktar minn erba’ diċenji fit-tmun tal-klabb tal-Hibs kien maħbub minn dawk kollha li qatt ħadmu jew missew mal-klabb ta’ Raħal Ġdid.
Żewġ plejer leġġendarji tal-Hibs urew in-niket tagħhom għat-telfa ta’ dak li kien meqjus bħala t-tieni missier tagħhom.

KITBA: KYLE MIFSUD
FILMATI: C. BORG / ARKIVJI

L-aktar persuna li dam imexxi klabb tal-futbol f’Malta.
Raġel fuq l-irġiel, il-flus qatt ma għamlu bih u umli.
Mhux la kemm taqbdu f’ritratt u biex tieħodlu kumment trid tagħmel wegħda.
Anthony Bezzina, President tal-Hibernians miet fl-età ta’ tnejn u sebgħin sena.
Raħal Ġdid hu orfni llum.
Fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid, fejn min jaf kemm għadda minnha f’xi rebħ ta’ kampjonat spikkat il-ħemda u l-luttu għal dak li ta ħajtu għat-tim tal-Hibs.

David Carabott, wieħed mill-plejers leġġendarji għat-tim ta’ Raħal Ġdid qalilna kif jinsab mnikett bil-mewt ta’ Tony Bezzina, li miet f’daru t-Tnejn filgħodu.
Qalilna kif kull ftit jiem kien iċempel lil dak meqjus bħala t-tieni missier tiegħu u jsaqsih kif inhu.

DAVID CARABOTT
EKS PLEJER TA’ HIBERNIANS
“Hu kellu waħda s-Sur Tony, li mhux li jifraħ hu imma li jara lir-Raħal Ġdid ferħan magħqud. Dik kienet l-għan prinċipali tiegħu u flimkien mal-familja tiegħu dejjem issaportjaw lil dan ir-raħal biex kemm jista’ jkun iżommu magħqud u minn hawn jien nixtieq nirringrazzjah pubblikament ta’ kemm għamel miegħi u mal-familja tiegħi personali u min seta’ miss mas-Sur Tony.
Taħt il-Presidenza ta’ Bezzina, it-tim Pawlista għamel suċċessi kbar fosthom rebħ ta’ diversi unuri.
Taħt Bezzina b’kollox it-tim rebaħ disa’ Kampjonati Premier, sitt FA Trophies u tliet Super Cups.
Fl-2019 hu kien ingħata wkoll Ġieħ ir-Repubblika.
L-aħħar li Hibernians rebħu l-kampjonat kien fl-istaġun tal-elfejn u sittax fejn fiċ-ċelebrazzjonijiet li ttellgħu fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid, Bezzina deher isuq hu id-double decker bil-plejers u diriġenti ta’ Hibernians fuqha.

Dakinhar kien sodisfatt għar-rebħ tat-tnax-il kampjonat għat-tim u Raħal Ġdid kien f’dellirju ta’ ferħ.

TONY BEZZINA
ĊELEBRAZZJONI TAR-REBĦ TAL-KAMPJONAT 2016/17
“Ma konniex qed nippretendu li nirbħu l-kampjonat imma imbagħad kif beda ġej il-logħob. Aħna l-idea kienet li nagħtu ċans lit-tfal u nrawwmu tim għall-futur”
Bezzina kien mutur ukoll fl-akkademja tal-Hibernians li tellgħet numru sabiħ ta’ plejers li fil-futur spiċċaw lagħbu bil-flokk abjad u iswed tal-Hibs fil-kampjonat Premier u anki għamlu isem man-nazzjonal.
Fost dawn hemm l-eks Captain ta’ Hibernians Mario Muscat li għamel sitta u għoxrin sena jilgħab għat-tim tal-pagun.

MARIO MUSCAT
EKS CAPTAIN TA’ HIBERNIANS
“Ħdimt miegħu għal kważi 23 sena għadni niftakar l-ewwel ġurnata meta kelli 16-il sena kont iltqajt miegħu u żgur li l-unilta tiegħu u l-innoċenza tiegħu u kienet fattur importanti li jiena bqajt ma’ dan il-klabb u lagħbt għal diversi snin.”
Intant, matul il-jum tat-Tnejn kienu bosta li rreaġixxew għall-aħbar tal-mewt ta’ Tony Bezzina.
Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA, saħqet li Bezzina ta kontribut kbir fix-xena tal-futbol lokali.
Il-Partit Laburista wkoll sellem il-memorja ta’ Tony Bezzina u ta’ l-kondoljanzi lil qrabatu.
Tony Bezzina, il-ġentlom, Tony Bezzina r-raġel ta’ kulħadd, Tony Bezzina l-President tal-Hibs.
L-għajta grazzi tibqa’ tidwi.

IMUT IL-PRESIDENT TAL-HIBS TONY BEZZINA

Поделиться в:

Доступные форматы для скачивания:

Скачать видео mp4

  • Информация по загрузке:

Скачать аудио mp3

Похожие видео

“PN BLA IDENTITÀ MEHDI FIL-ĠLIED INTERN”

“PN BLA IDENTITÀ MEHDI FIL-ĠLIED INTERN”

Świetny film akcji, który naprawdę warto obejrzeć | BIAŁY TYGRYS | Filmy po polsku

Świetny film akcji, który naprawdę warto obejrzeć | BIAŁY TYGRYS | Filmy po polsku

Европа пошла против США / Трамп в ярости

Европа пошла против США / Трамп в ярости

🔥Ну и вой! СКАБЕЕВУ ЕЛЕ УСПОКОИЛИ! После ОБРАЩЕНИЯ ПУТИНА учудила такое, что съемочная группа в шоке

🔥Ну и вой! СКАБЕЕВУ ЕЛЕ УСПОКОИЛИ! После ОБРАЩЕНИЯ ПУТИНА учудила такое, что съемочная группа в шоке

Zatajone tożsamości. Fałszywe nazwiska, które zmieniły Polskę

Zatajone tożsamości. Fałszywe nazwiska, które zmieniły Polskę

😮Зеленський НЕ ЧЕКАВ такого від ВОЇНІВ! Це СТАЛОСЯ на НАГОРОДЖЕННІ. РЕАКЦІЯ Буданова, Мадяра, Малюка

😮Зеленський НЕ ЧЕКАВ такого від ВОЇНІВ! Це СТАЛОСЯ на НАГОРОДЖЕННІ. РЕАКЦІЯ Буданова, Мадяра, Малюка

ILHA 70 SENA TAĦDEM F’ĦANUT TAX-XORB FIL-MELLIEĦA

ILHA 70 SENA TAĦDEM F’ĦANUT TAX-XORB FIL-MELLIEĦA

🔴Трамп: Зеленский проигрывает, пришло время выборов. У президента Украины дипмарафон в Европе

🔴Трамп: Зеленский проигрывает, пришло время выборов. У президента Украины дипмарафон в Европе

Лукашенко отмывает деньги / Атака на Литву и Польшу

Лукашенко отмывает деньги / Атака на Литву и Польшу

Бомжи, нищета и разруха. Ситуация с бездомными в Канаде вышла из-под контроля

Бомжи, нищета и разруха. Ситуация с бездомными в Канаде вышла из-под контроля

JISPIĊĊA Ż-ŻMIEN TAL-ABBUŻI FIL-FORTI BENGĦAJSA

JISPIĊĊA Ż-ŻMIEN TAL-ABBUŻI FIL-FORTI BENGĦAJSA

Мадам Каллас-Брошкина | Radio Narva | 595

Мадам Каллас-Брошкина | Radio Narva | 595

Зеленский ответил Трампу. Кремль против Мизулиной. Новые откровения Путина. Певцов требует цензуру

Зеленский ответил Трампу. Кремль против Мизулиной. Новые откровения Путина. Певцов требует цензуру

LEJL MAL-ĦADDIEMA TAL-AMBULANZI F’MATER DEI

LEJL MAL-ĦADDIEMA TAL-AMBULANZI F’MATER DEI

BIEDA TO NIE STAN UMYSŁU. 2 MILIONY POLAKÓW ŻYJE W UBÓSTWIE

BIEDA TO NIE STAN UMYSŁU. 2 MILIONY POLAKÓW ŻYJE W UBÓSTWIE

🔴 МИРНЫЙ ПЛАН сокращен до 20 ПУНКТОВ! Что вычеркнула Украина?

🔴 МИРНЫЙ ПЛАН сокращен до 20 ПУНКТОВ! Что вычеркнула Украина?

WATCH: Putin Delivers Emotional Tribute: “We Honor Russia’s Heroes—Past and Present” | APT

WATCH: Putin Delivers Emotional Tribute: “We Honor Russia’s Heroes—Past and Present” | APT

Architekt Gułagu i ulubiony donosiciel Stalina. Gienrich Jagoda | Vita Obscura

Architekt Gułagu i ulubiony donosiciel Stalina. Gienrich Jagoda | Vita Obscura

Fejn għexna | ZEJTUN 2

Fejn għexna | ZEJTUN 2

Лише гляньте, що СТАЛОСЬ під час нагородження! ЗЕЛЕНСЬКИЙ ледь стримав сльози. Увага НА РЕАКЦІЮ

Лише гляньте, що СТАЛОСЬ під час нагородження! ЗЕЛЕНСЬКИЙ ледь стримав сльози. Увага НА РЕАКЦІЮ

© 2025 dtub. Все права защищены.



  • Контакты
  • О нас
  • Политика конфиденциальности



Контакты для правообладателей: [email protected]