Популярное

Музыка Кино и Анимация Автомобили Животные Спорт Путешествия Игры Юмор

Интересные видео

2025 Сериалы Трейлеры Новости Как сделать Видеоуроки Diy своими руками

Топ запросов

смотреть а4 schoolboy runaway турецкий сериал смотреть мультфильмы эдисон
dTub
Скачать

GHANA bil-Kitarri - It-Tielet Parti | Cassettes Antiki Maltin. Maltese Folklore. Gadanzi u makjetti.

Автор: VINYL MALTA

Загружено: 2024-11-24

Просмотров: 189

Описание:

Tifkiriet mill-Imghoddi - Ghana minn Malta (3 parti)
Maltese makjetta: traditional folklore music from Malta
Subscribe to watch Part 4

L-għana hi l-mużika tradizzjonali ta' Malta. Il-versi li jitkantaw fl-għana għandhom melodija li tistħajjilha ballata Sqallija b'laqta medjo-orjentali. Infatti l-għana tista' titqies bħala l-eku tal-passat storiku ta' Malta li jinkludi ħafna influwenzi Għarab u Ewropej, grazzi għad-diversi ħakkiema li ħakmu lil Malta u l-Maltin.

L-għana minn dejjem kienet ikkunsidrata bħala l-mużika tan-nies komuni, tal-bdiewa, tar-raħħala u tan-nisa tad-dar; f'kelma waħda, l-għana kien jappartjeni lill-klassi l-baxxa tal-ħaddiema.

Forsi huwa propju għal dawn l-assoċjazzjonijiet, li l-għana llum f'Malta għad għandu ċerta stmerrija u jiġi mwarrab minn bosta nies. Malta llum il-ġurnata titqies bħala pajjiż Ewropew u fil-maġġorparti Kattoliku, u allura huma ħafna dawk li jippreferu ifarfru l-passat storiku tagħhom għax jidentifikaw ruħhom iktar ma' l-Ewropa Kristjana milli l-Afrika Islamika.
Storja ta' l-Għana

Guzè Cassar Pullicino, studjuż rinomat tal-folklor Malti, isostni li l-ewwel għana tmur lura lejn l-1792, jiġifieri fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann. Kavallier Franċiż bl-isem ta’ F.-E. de Saint-Priest ippubblika ktieb jismu Malte par un voyageur françois (Malta minn Vjaġġatur Franċiż), li fih jinkludi tliet għanjiet kif ġew irrakontati lilu minn librar Malti, Gioacchino Navarro. Waħda minn dawn l-għanjiet kienet:

Dik il-għajn li tixrob minnha
nitolbok la ddardarhiex:
Jiġi żmien u jgħaddi ieħor
Tkun tridha u ma ssibhiex

Fi żminijiet imgħoddija, l-għana kienet tiġi kantata mill-ħaddiema komuni, kif ukoll minn nisa li jkunu qed jagħmlu l-faċendi ta’ kuljum bħall-ħasil u l-inxir tal-ħwejjeġ.

Bejjiegħa ukoll kienu jużaw l-għana biex ibiegħu il-prodotti tagħhom, bl-għana sservi ta’ riklam dwar kemm huwa tajjeb u superjuri il-prodott tagħhom kif ukoll kemm huwa aħjar minn tal-bejjiegħa l-oħra. Mhux magħruf jekk kienx jirnexxielhom ibiegħu iktar mill-kompetituri li ma jgħannux, imma li huwa żgur huwa li kienu jiġbdu ħafna iktar l-attenzjoni tax-xerrejja.

L-għana minn dejjem kien iktar popolari lejn in-nofsinhar tal-gżira u allura ma jistax jonqos li ħafna għannejja jiġu minn dawk l-inħawi. Pereżempju, miż-Żejtun, ħarġu ħafna għannejja ta’ fama, bħal ngħidu aħna Mikiel Abela "il-Bambinu" li miet fl-1991, u Frans Baldacchino "il-Budaj" (li miet ħesrem fl-età ta' 63 sena, nhar it-21 ta' Ġunju 2006) li se jibqa' mfakkar bħala għannej popolari u l-akbar esponent ta’ l-għana f’Malta.
Tipi Differenti ta' Għana

Jeżistu ħafna tipi ta' għana differenti u kollha għandhom il-karatteristiċi partikolari tagħhom. Fost dawn insibu l-għana spirtu pront u bil-qasma, l-għana fil-għoli, l-għana tal-fatt u l-makjetti.
Għana Spirtu Pront

F'seduta tipika ta' għana spirtu pront, ikun hemm grupp ta' tliet kitarristi jakkumpanjaw l-għannejja (normalment ikunu erbgħa), b'wieħed minnhom magħruf bħal il-prim jew prejjem. Il-kitarrist prim jibda jdoqq l-introduzzjoni, biex b'hekk juri lill-għannejja kemm it-temp tad-diska kif ukoll it-tonalità, filwaqt li l-kitarristi l-oħrajn (li normalment ikunu tnejn għalkemm ġieli ssib iktar) idoqqu l-akkumpanjament ibbażat fuq żewġ kordi. Wara l-introduzzjoni, l-ewwel għannej jimproviżża għanja fuq dawk l-istess żewġ kordi (fuq melodija(.)(.) tradizzjonali) erba' versi tat-tmienja (vers ta' tmien sillabi, ottonarju) bir-rima imqabbża, jiġifieri A-B-Ċ-B. Il-vers tat-tmienja huwa wkoll magħruf sew bħala l-vers tal-popolin. Wara li l-ewwel għannej jispiċċa l-kwartina tiegħu, ikun hemm interludju bil-kitarrist prim idoqq varjazzjoni fuq dawk iż-żewġ kordi bażi, bl-istess ammont ta' ħin tal-istanza. Normalment, kemm il-kwartina kantata kif ukoll l-varjazzjoni strumentali ikunu maqsumin f'erba' frażijiet melodiċi, tnejn fuq l-ewwel korda (Tonic major chord) u tnejn fuq it-tieni (Dominant chord). Din l-istruttura hija mbgħad ripetuta minn kull wieħed mill-għannejja, b'bejn wieħed u ieħor, l-istess struttura metrika u rima. Sezzjoni ta' għanja spirtu pront taf tibqa' għaddejja hekk kważi siegħa u xi imdaqqiet anki iktar. Normalment is-sessjoni tikkonkludi b'kadenza li tkun tikkonsisti f'xi żewġ stanzi.

Peress li l-kwartini ta' din it-tip ta' għana jkunu improviżżati dak il-ħin stess (għalhekk spirtu pront), l-għannejja jridu jkunu kapaċi jaħsbu malajr kif ukoll iqabblu l-versi b'rima tajba. Jekk ikun hemm erba' għannejja involuti, normalment l-ewwel għannej jindirizza l-kwartina tiegħu lejn it-tielet għannej, filwaqt li t-tieni għannej jindirizza lir-raba' wieħed biex b'hekk jingħata ċ-ċans lill-għannejja biex jilħqu jaħsbu l-kwartina tagħhom.

Normalment, l-għannejja jitrattaw temi ħfief jew umoristiċi. Għaldaqstant l-użu ta' proverbji, idjomi esaġerazzjonijiet u 'puns' ma jonqsux fl-għana spirtu pront. Ta' min jgħid ukoll, li f'għana spirtu pront, il-messaġġ għandu jingħad b'mod sottili mingħajr kjarifiċi żejda.

GHANA bil-Kitarri - It-Tielet Parti | Cassettes Antiki Maltin. Maltese Folklore. Gadanzi u makjetti.

Поделиться в:

Доступные форматы для скачивания:

Скачать видео mp4

  • Информация по загрузке:

Скачать аудио mp3

Похожие видео

l-Fatt tas-Simshar minn  ( Kelinu s-Superstar )

l-Fatt tas-Simshar minn ( Kelinu s-Superstar )

M.L.P. Ħal-Ghaxaq 14/06/1996

M.L.P. Ħal-Ghaxaq 14/06/1996

GHANA bil-Kitarri - Ir-Raba' Parti | Cassettes Antiki Maltin. Maltese Folklore. Gadanzi u makjetti.

GHANA bil-Kitarri - Ir-Raba' Parti | Cassettes Antiki Maltin. Maltese Folklore. Gadanzi u makjetti.

Festa Bormla 2025 - Dhul tal Vara tal Madonna Immakulata Kuncizzjoni u Antifona - It-Tieni parti.

Festa Bormla 2025 - Dhul tal Vara tal Madonna Immakulata Kuncizzjoni u Antifona - It-Tieni parti.

«Сыграй На Пианино — Я Женюсь!» — Смеялся Миллиардер… Пока Еврейка Не Показала Свой Дар

«Сыграй На Пианино — Я Женюсь!» — Смеялся Миллиардер… Пока Еврейка Не Показала Свой Дар

АНДИЙСКАЯ ФЛАУТА 🌿 Мелодии для Исцеления Души | Лео Рохас и Георге Замфир

АНДИЙСКАЯ ФЛАУТА 🌿 Мелодии для Исцеления Души | Лео Рохас и Георге Замфир

Maltese in Melbourne keep Malta's traditional folklore (għana) alive!

Maltese in Melbourne keep Malta's traditional folklore (għana) alive!

Priecīgas Piektdienas Mūzika 2025 | Latviešu Dziesmas

Priecīgas Piektdienas Mūzika 2025 | Latviešu Dziesmas

cd 459  gadanzi ta ninu kalora il king ta ghana 16  il minuta

cd 459 gadanzi ta ninu kalora il king ta ghana 16 il minuta

ЧТО СКРЫВАЕТ ЛИТВА? Самая Необычная Страна Европы (15 Фактов)

ЧТО СКРЫВАЕТ ЛИТВА? Самая Необычная Страна Европы (15 Фактов)

Ghana Malta  29.10.87

Ghana Malta 29.10.87

Father and son duo make us FEEL PROUD TO BE MALTESE | The Final | Malta’s Got Talent

Father and son duo make us FEEL PROUD TO BE MALTESE | The Final | Malta’s Got Talent

john laus tigrija mp3

john laus tigrija mp3

IMUT IL-KANTANT, XANDAR U BANKIER ENZO GUSMAN

IMUT IL-KANTANT, XANDAR U BANKIER ENZO GUSMAN

Фрэнк Синатра, Нэт Кинг Коул, Бинг Кросби, Дин Мартин🎄Старые рождественские песни 1960-х–70-х годов

Фрэнк Синатра, Нэт Кинг Коул, Бинг Кросби, Дин Мартин🎄Старые рождественские песни 1960-х–70-х годов

Ernesto Cortazar – Сборник Великолепной Инструментальной Музыки!

Ernesto Cortazar – Сборник Великолепной Инструментальной Музыки!

Ghana fuq il Vapur ta Ghawdex

Ghana fuq il Vapur ta Ghawdex

BASTILJA (Rock Opera Malta 1990 - It-Tieni Parti) - L-ewwel parti link: https://youtu.be/PBNWWtGa0FY

BASTILJA (Rock Opera Malta 1990 - It-Tieni Parti) - L-ewwel parti link: https://youtu.be/PBNWWtGa0FY

AL BANO & ROMINA POWER - MIX PIOSENEK

AL BANO & ROMINA POWER - MIX PIOSENEK

Banjo & Accordion Harmony in the Forest – Relaxing Folk Instrumental

Banjo & Accordion Harmony in the Forest – Relaxing Folk Instrumental

© 2025 dtub. Все права защищены.



  • Контакты
  • О нас
  • Политика конфиденциальности



Контакты для правообладателей: [email protected]