Популярное

Музыка Кино и Анимация Автомобили Животные Спорт Путешествия Игры Юмор

Интересные видео

2025 Сериалы Трейлеры Новости Как сделать Видеоуроки Diy своими руками

Топ запросов

смотреть а4 schoolboy runaway турецкий сериал смотреть мультфильмы эдисон
dTub
Скачать

TIFLA TA' 5 SNIN LI MIETET, FOST IL-PASTURI FL-AKBAR PRESEPJU F’MALTA

Автор: ONE News Malta

Загружено: 2023-12-31

Просмотров: 2696

Описание:

ONE.COM.MT • Fil-qalba ta’ Ħal Luqa, jinsab l-akbar presepju f’Malta, li jkopri 34 metru.

Fost id-dettall li huwa mirqum bih, il-presepju jinkludi wkoll presepju b’wiċċ missieru, kuġinuh bi bżonnijiet speċjali u kif ukoll tifla ta’ ħames snin li tilfet ħajjitha għall-marda tal-kanċer.

KITBA: RUSLANA BARBARA
FILMATI: ALEX BORG

Veni Ad Betlehem.

Dan huwa l-isem ta’ wirja, tal-akbar presepju f’Malta, magħmul mill-jablo, li jkejjel 34 metru.

Iltqajna ma’ Sandro Farrugia, fil-garaxx tiegħu f’Ħal Luqa, fejn uriena d-dettall li huwa mirqum bih dan il-presepju, grazzi għas-sengħa li wiret mingħand missieru, li ħalla din id-dinja 20 sena ilu.

Viżibbilment emozzjonat, huwa qal li din kienet il-ħolma ta’ missieru, li għamel ukoll pastur b’wiċċu.

SANDRO FARRUGIA
PRESEPISTA
“Sa bebbux, sa għasafar tal-għana, għasafar tal-bejt, ħamiem, gamiem, ħuttaf, barbaġann, li bqajt nimmaġina bdejt inżidu. Għamilt żewġ vaski bil-ħut veru, ħaj, l-ilma jaqa’ minn tliet metri għoli, dejjem kienet ix-xewqa tiegħi li nagħmel l-ilma nieżel minn mas-saqaf.”

Għasafar fis-siġar, bhejjem bid-demm ħiereġ, ilma, nar u saħansitra ħut ta’ veru u dettall li jmur lil hinn mill-għajn.

Farrugia tkellem ukoll dwar diversi uċuħ li nkorpora fil-pasturi.

SANDRO FARRUGIA
PRESEPISTA
“Inħossni sodisfatt li qtajt ix-xewqa ta’ missieri. Meta rajtu tafal, ġabli qalbi ġunġliena, is-soltu, għax nemozzjona ruħi meta nsemmi ‘l missieri.”

Barra minn hekk, hu inkluda l-uċuħ ta’ kuġinuh, li kellu bżonnijiet speċjali, u li ħalla din id-dinja, u wiċċ Sarah Vincenti, tifla ta’ 5 snin li tilfet ħajjitha minħabba l-marda qerridija tal-kanċer.

“Ġiet mara u bdiet titkellem miegħi. Qaltli jien mititli t-tifla, ta’ 5 snin, qaltli tagħmilha? Għidtilha ngħidlu u naraw jagħmlihiex. Għamiltha. Hija Sarah Vincenti, li mietet 25 sena ilu, qiegħda anġlu. “Kelli l-ħsieb li nagħmel lill-kuġin tiegħi. Kien bi bżonnijiet speċjali, u miet. Ħadt permess m’għand il-ġenituri tiegħu u għamiltu ħdejn missieri jżommlu jdejh biex jieħu ħsiebu fil-Ġenna.”

Farrugia tkellem ukoll dwar il-proċess, sabiex jarma dan il-presepju, li ħadlu madwar 4 snin, sa mill-2019.

Spjegalna kif kull ma jmur, huwa dejjem iżid, ikabbar u jżid id-dettall, fosthom grazzi għall-pasturier Frans Muscat.

Din il-wirja hija miftuħa għall-pubbliku fi Triq il-Ġdida, f’Ħal Luqa, is-Sibtijiet u l-Ħdud, mid-disgħa sa nofsinhar, u mit-tlieta u nofs sad-disgħa. Dan filwaqt li fost il-ġimgħa jiftaħ mill-erbgħa u nofs sad-disgħa.

TIFLA TA' 5 SNIN LI MIETET, FOST IL-PASTURI FL-AKBAR PRESEPJU F’MALTA

Поделиться в:

Доступные форматы для скачивания:

Скачать видео mp4

  • Информация по загрузке:

Скачать аудио mp3

Похожие видео

Mort Betlehem… imma bqajt f'Ħal Luqa

Mort Betlehem… imma bqajt f'Ħal Luqa

INAWGURATA L-FLYOVER FL-IMSIDA CREEK

INAWGURATA L-FLYOVER FL-IMSIDA CREEK

IT-TALENT TAL-PRESEPISTI MALTIN IMFITTEX FL-AMERKA

IT-TALENT TAL-PRESEPISTI MALTIN IMFITTEX FL-AMERKA

KULL SENA JAGĦMEL PRESEPJU ĠDID BIL-PASTURI B’KOLLOX

KULL SENA JAGĦMEL PRESEPJU ĠDID BIL-PASTURI B’KOLLOX

Magħkom | Il-Presepju Malti

Magħkom | Il-Presepju Malti

“Vor să mă bage la puşcărie pentru 15 ani, pe nedrept. Din cauza stresului am pierdut o sarcină”

“Vor să mă bage la puşcărie pentru 15 ani, pe nedrept. Din cauza stresului am pierdut o sarcină”

IWETTAQ XEWQA LI XTAQ JAGĦMEL MA’ MISSIERU

IWETTAQ XEWQA LI XTAQ JAGĦMEL MA’ MISSIERU

PRESEPJU B’BIXRA MALTIJA FI SFOND GĦAWDXI

PRESEPJU B’BIXRA MALTIJA FI SFOND GĦAWDXI

PRESEPJU AMBJENTAT FIL-MARSA

PRESEPJU AMBJENTAT FIL-MARSA

Supplika lill-Madonna Ta' Pinu fiż-żmien tal-imxija tal-Covid-19

Supplika lill-Madonna Ta' Pinu fiż-żmien tal-imxija tal-Covid-19

Malta fil-Presepju - Rebbieħ tal-kompetizzjoni presepji statiċi kbar 2015

Malta fil-Presepju - Rebbieħ tal-kompetizzjoni presepji statiċi kbar 2015

DELIA JIŻVIJJA FUQ IL-FINANZI TAL-PAJJIŻ

DELIA JIŻVIJJA FUQ IL-FINANZI TAL-PAJJIŻ

Белый львенок умолял человека о помощи. И началось невероятное путешествие!

Белый львенок умолял человека о помощи. И началось невероятное путешествие!

Czy Putin chce pokoju? Kulisy decyzji na Kremlu | prof. Hieronim Grala | ŻEBY WIEDZIEĆ #9

Czy Putin chce pokoju? Kulisy decyzji na Kremlu | prof. Hieronim Grala | ŻEBY WIEDZIEĆ #9

Dakinhar... Li Malta Nħasdet - EP1 - 5 żgħażagħ jitilfu ħajjithom f'Ħaż-Żebbuġ.

Dakinhar... Li Malta Nħasdet - EP1 - 5 żgħażagħ jitilfu ħajjithom f'Ħaż-Żebbuġ.

SKOMDI FUQ L-€20 MILJUN MOĦBIJIN

SKOMDI FUQ L-€20 MILJUN MOĦBIJIN

Rakkonti mill-Arkivji | EP4 - Il-Pasturi Maltin

Rakkonti mill-Arkivji | EP4 - Il-Pasturi Maltin

L-Ewwel Sezzjoni - Kif tibni Presepju mal-Presepista Mark Scerri

L-Ewwel Sezzjoni - Kif tibni Presepju mal-Presepista Mark Scerri

Audience générale du 17 décembre 2025

Audience générale du 17 décembre 2025

Я попал на дикую племенную свадьбу (Шок!)

Я попал на дикую племенную свадьбу (Шок!)

© 2025 dtub. Все права защищены.



  • Контакты
  • О нас
  • Политика конфиденциальности



Контакты для правообладателей: [email protected]