“KONT SE NERĠA’ NAGĦMEL IL-PARTI TA’ ĠESÙ...”
Автор: ONE News Malta
Загружено: 2020-04-04
Просмотров: 1002
ONE.COM.MT • Lejlet Ħadd il-Palm it-toroq f’Ħal Tarxien kienu jinbidlu fit-toroq ta’ Ġerusalem grazzi għall-pagent fit-toroq li ilha 20 sena fil-kalendarju kulturali ta’ din il-lokalità, iżda din is-sena t-toroq Tarxinieżi se jibqgħu vojta.
ONE News tkellem ma’ Joseph Abela Galea, li din is-sena kien se jirritorna fil-parti ta’ Ġesù Kristu, iżda s-sitwazzjoni preżenti kellha pjanijiet oħra.
KITBA: KELLY PEPLOW
FILMAT: CHRIST BORG/ ARKIVJI
Din is-sena kien se jerġa’ jinterpreta l-parti ta’ Ġesù Kristu. Iżda d-destin u l-qagħda globali ta’ bħalissa kellhom pjanijiet oħra.
Ir-rutina ta’ Joseph Abela Galea u l-bqija tat-Tarxieniżi inbidlet għal kollox meta ttieħdet id-deċiżjoni mill-Għaqda Kultura u Armar Maria Annunzjata li l-famuża pageant fit-toroq, din is-sena ma ssirx minħabba s-sitwazzjoni b’rabta mal-Coronavirus.
Abela Galea qal li dawn l-aħħar sentejn ħa pawża minn din il-parti biex ħa aktar ħsieb l-organizzazzjoni, iżda kien qed jistenna bil-ħerqa biex din is-sena jerġa’ jgħaddi l-istorja tal-passjoni ma’ sħabu fit-toroq ta’ Ħal Tarxien.
Minħabba l-ammont ta’ persuni nvoluti fil-pageant, Abela Galea spjega li l-għaqda ħadet id-deċiżjoni li l-pageant din is-sena ma ssirx min qabel direttivi mill-Kurja biex dawn it-tip ta’ avvenimenti jitħassru minnufih.
JOSEPH ABELA GALEA
KIEN SE JERĠA’ JKUN ĠESÙ F’ĦAL TARXIEN
Aħna hawnhekk inqassmu mat-350 vestwarju lin-nies. Rajna l-biċċa tax-xogħol u għidna ma nistgħux inqassmu l-ħwejjeġ għand in-nies biex jintużaw għall-purċissjoni. Iddeċidejna li għall-ewwel ma jitqassam xejn. Imma minn kmieni ħadna d-deċiżjoni li din is-sena l-pageant ma ssirx.
U għalkemm kien hemm min għall-ewwel qalilhom li għaġlu, iż-żmien tahom raġun.
JOSEPH ABELA GALEA
KIEN SE JERĠA’ JKUN ĠESÙ F’ĦAL TARXIEN
Kienet għafsa ta’ qalb għan-nies ta’ Ħal Tarxien għax din ilha ssir mill-2000 barra. 20 sena ssir barra, ħlief sentejn li konna mistednin nagħmluha l-Belt. Anke f’dawk is-sentejn li ma saritx hawn ħassewha, għax din qisha l-festa.
Minflok il-pageant ħajja fit-toroq Tarxieniżi, l-istess għaqda se turi filmati ta’ pageants preċedenti fuq il-paġna soċjali tagħha, li se jibdew jintwerew propju fil-jum u l-ħin tal-pageant ta’ din is-sena.
JOSEPH ABELA GALEA
KIEN SE JERĠA’ JKUN ĠESÙ F’ĦAL TARXIEN
Preparaw DVDs antiki li ttellaw fuq il-paġna tagħna. In-nies, fil-ħin li s-soltu nkunu ħerġin, se tkun qed tara l-pageant mid-dar.
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео mp4
-
Информация по загрузке: