Популярное

Музыка Кино и Анимация Автомобили Животные Спорт Путешествия Игры Юмор

Интересные видео

2025 Сериалы Трейлеры Новости Как сделать Видеоуроки Diy своими руками

Топ запросов

смотреть а4 schoolboy runaway турецкий сериал смотреть мультфильмы эдисон
dTub
Скачать

Rużarju li junora l-Misteri kollha

Автор: Rużarji, Devozzjonijiet bil-Malti u Tagħlim Nisrani

Загружено: 2022-03-10

Просмотров: 8918

Описание:

Għat-test sħiħ tar-Rużarju u għas-Sors, mur: https://devozzjonilejnmarija.wordpres...

For the English Version: https://devozzjonilejnmarija.wordpres...

L-EWWEL MISTERU: IT-TFULIJA TA' SIDTNA MARIJA U SIDNA ĠESU'...
(Glorja Lilek Santissima Trinita’ għal dawn il-Misteri)

1. It-tnissil Immakulat tal-Verġni Marija fil-ġuf ta' ommha.
2. It-twelid tal-Verġni Marija.
3. Meta Marija daħlet fit-tempju, kienet tistudja l-Iskrittura u titlob, filwaqt li tiġi ffurmata mill-Ispirtu s-Santu.
4. Meta Marija offriet il-verġinita’ tagħha lil Alla u meta tgħarset ma’ Ġużeppi.
5. Meta l-anġlu Gabriel ħabbar lil Marija li kellha tkun omm Alla u bl-iva tagħha tnissel Ġesu’ f'ġufha safi.
6. Meta Marija marret żżur u tgħin lil Eliżabbetta.
7. Meta l-anġlu Gabriel ħabbar lil Ġużeppi bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu f'Marija.
8. Meta Marija ġarret lil Ġesu’ f'ġufha għal disa' xhur u meta għamlu l-vjaġġ fatikuż lejn Betlem.
9. Meta Ġesu’ twieled fl-għar ta’ Betlem u ġew ir-ragħajja u l-Maġi jżuruh.
10. Meta Marija u Ġużepp ippreżentaw lil binhom Ġesu’ fit-tempju.

IT-TIENI MISTERU: IL-ĦAJJA MOĦBIJA TA’ SIDNA ĠESU’ U SIDTNA MARIJA ...
(Glorja Lilek Santissima Trinita’ għal dawn il-Misteri)

1. Meta l-Familja kellha taħrab lejn l-Eġittu, biex tevita l-qerda tat-trabi innoċenti.
2. It-tfulija ta’ Ġesu’ fl-Eġittu – art mimlija nies bi tradizzjonijiet pagani ta’ allat foloz u użu ta’ ħafna statwi tal-ġebel.
3. Meta l-Familja baqgħu hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi u b'hekk seħħ dak li qal il-Mulej permezz tal-profeta, ‘Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.’
4. Ġużeppi ġie msejjaħ biex iżomm taħt il-ħarsien tiegħu l-misteru tal-Providenza ta' Alla - Ġesu'.
5. Meta wara l-mewt t'Erodi, il-Familja rritornat lura fl-art ta’ Iżrael, f'Nazaret, b'hekk seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeti, ‘Ikun jissejjaħ Nażri.’
6. Lura f'Nazaret, Ġużeppi u Marija rabbew lil Ġesu’ fl-għożża u l-biża’ t’Alla.
7. Minbarra li Ġesu’ rċieva t-tagħlim dwar ir-Reliġjon Lhudija u l-wegħda tal-Messija mingħand il-ġenituri tiegħu, huwa kien jitlob u jimmedita l-Kelma ta’ Alla u probabbli jattendi għat-tagħlim ma’ tfal oħra fis-Sinagoga.
8. Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Ta' tnax-il sena huwa baqa’ f’Ġerusalemm waħdu u l-ġenituri tiegħu fittxewh għal tlitt ijiem qabel ma sabuh fit-tempju jiddisputa mad-dutturi.
9. Ġesu' qallhom: "Għaliex kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jiena għandi nkun f’dak li hu ta’ Missieri?" Iżda kliemu ma fehmuhx. Imbagħad niżel magħhom u raġa’ mar Nazaret; u kien jobdihom. U ommu kienet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha.
10. Meta Ġesù baqa’ jikber fl-għerf, fis-snin u fil-grazzja, quddiem Alla u quddiem il-bnedmin.

IT-TIELET MISTERU: IL-ĦAJJA PUBBLIKA TA’ SIDNA ĠESU’ U SIDTNA MARIJA ...
(Glorja Lilek Santissima Trinita’ għal dawn il-Misteri)

1. Meta Ġesu’ tgħammed minn Ġwanni l-Battista fil-Ġordan, kien imġarrab mix-xitan fid-deżert għal erbgħin jum u meta xandar lis-saltna t’Alla waslet u ħeġġeġ lin-nies biex jindmu.
2. Meta Ġesu’ kien jitlob f’postijiet imwarba.
3. Meta għażel tnax-il dixxiplu u għamel l-ewwel sinjal fit-tieġ ta’ Kana bl-intervent t’ommu u d-dixxipli emmnu fih.
4. Meta Ġesu’ ppriedka u tkellem b’awtorita’ u ħafna rġiel u nisa marru warajh imma ma ġiex milqugħ minn diversi nies.
5. Meta Ġesu’ keċċa x-xjaten minn ħafna nies u fejjaq ħafna morda.
6. Meta Ġesu’ ttrasfigura lilu nnifsu fuq il-muntanja Tabor quddiem id-dixxipli tiegħu u meta qajjem mill-mewt lil tlitt persuni.
7. Meta Ġesu’ għamel id-daħla messjanika tiegħu f’Ġerusalemm.
8. Meta Ġesu’ ħasel saqajn id-dixxipli u ħabbar it-tradiment ta’ Ġuda u ċ-ċaħda ta’ Pietru.
9. Meta Ġesu’ tana kmandament ġdid li nħobbu lil xulxin bħalma ħabbna hu u talab għall-għaqda ta’ bejnietna.
10. Meta Ġesu’ tana d-doni tal-Ewkaristija u s-Saċerdozju.

IR-RABA’ MISTERU: IL-PASSJONI TA’ SIDNA ĠESU’ U SIDTNA MARIJA ...
(Glorja Lilek Santissima Trinita’ għal dawn il-Misteri)

1. Meta Ġesu’ talab fl-ort tal-Ġetsemani u għereq l-għaraq tad-demm.
2. Meta Ġesu’ ġie ttradut, arrestat, ħaduh quddiem il-kunsill tas-Sinedriju, ġie mistoqsi mill-qassis il-kbir u miċħud minn Pietru. Ħaduh quddiem Erodi li żebilħu u quddiem Pilatu li jikkundannah għall-mewt.
3. Meta Ġesu’ ġie fflaġellat mal-kolonna.
4. Meta Ġesu’ ġie umiljat, imżeblaħ u nkurunat bil-kuruna tax-xewk.
5. Meta Ġesu’ ġie mgħobbi bis-salib mingħand Pilatu sal-Kalvarju.
6. Meta tul it-triq waqa’ diversi drabi, iltaqa’ m’ommu, mal-Veronika u man-nisa ta’ Ġerusalemm u ġie megħjun minn Xmun iċ-Ċirinew.
7. Meta Ġesu’ ġie mneżża' minn ħwejġu u msammar mas-salib għal tlitt sigħat ta’ agunija.
8. Meta ħafer lil min salbu, wiegħed il-ġenna lill-ħalliel li nidem, ta lil Ġwanni d-dixxiplu f’idejn ommu u lilha f’idejh, staqsa lil Alla għaliex telqu, korob bil-għatx, qal li kollox kien mitmum u qabel miet, telaq ruħu f’idejn Alla Missieru.
9. Meta l-ġenb ta’ Ġesu’ ġie minfud b’lanza.
10. Meta ġismu tniżżel ...

Rużarju li junora l-Misteri kollha

Поделиться в:

Доступные форматы для скачивания:

Скачать видео mp4

  • Информация по загрузке:

Скачать аудио mp3

Похожие видео

Rużarju għall-Erwieħ tal-Purgatorju

Rużarju għall-Erwieħ tal-Purgatorju

Акафист Пресвятой Богородице пред иконой «Семистрельная» и «Умягчение злых сердец»

Акафист Пресвятой Богородице пред иконой «Семистрельная» и «Умягчение злых сердец»

Talba għas-Salvazzjoni tal-Erwieħ għall-merti ta' Sidna Ġesu', Sidtna Marija u tal-Qaddisin

Talba għas-Salvazzjoni tal-Erwieħ għall-merti ta' Sidna Ġesu', Sidtna Marija u tal-Qaddisin

Joe Dassin Album Complet 2025 - The Best Of Joe Dassin 🏆 Joe Dassin Ses Plus Belles Chansons

Joe Dassin Album Complet 2025 - The Best Of Joe Dassin 🏆 Joe Dassin Ses Plus Belles Chansons

It-Triq tas-Salib b'riflessjonijiet fuq kull stazzjoni (Via Sagra)

It-Triq tas-Salib b'riflessjonijiet fuq kull stazzjoni (Via Sagra)

Intervista ma' David dwar il-knisja minjatura tiegħu (replika tal-knisja ta'Bormla).

Intervista ma' David dwar il-knisja minjatura tiegħu (replika tal-knisja ta'Bormla).

Christmas Songs Playlist 🎄 Top Christmas Songs of All Time 🎅 Best Christmas Music

Christmas Songs Playlist 🎄 Top Christmas Songs of All Time 🎅 Best Christmas Music

Расслабляющая музыка, исцеляющая от стресса, беспокойства и депрессивных состояний, исцеляет #19

Расслабляющая музыка, исцеляющая от стресса, беспокойства и депрессивных состояний, исцеляет #19

Осенняя музыка для релаксации 🍁 Снимает стресс, тревогу и успокаивает нервы

Осенняя музыка для релаксации 🍁 Снимает стресс, тревогу и успокаивает нервы

Ir-Rużarju tal-Ferh ma' Fr.Hayden (Rivedut: https://www.youtube.com/watch?v=3J-hUzvo5HU)

Ir-Rużarju tal-Ferh ma' Fr.Hayden (Rivedut: https://www.youtube.com/watch?v=3J-hUzvo5HU)

Волшебный перезвон. Очищение.Расслабление.Благость.

Волшебный перезвон. Очищение.Расслабление.Благость.

Жириновский предсказал, когда завершится война в Украине —и всё идёт по его плану!

Жириновский предсказал, когда завершится война в Украине —и всё идёт по его плану!

It-Triq tas-Salib (Via Sagra) ma' Suor Marija tat-Trinita'

It-Triq tas-Salib (Via Sagra) ma' Suor Marija tat-Trinita'

Штраус. Лучшее.

Штраус. Лучшее.

4 часа Шопена для обучения, концентрации и релаксации

4 часа Шопена для обучения, концентрации и релаксации

Bibliski par SLAVĒŠANU

Bibliski par SLAVĒŠANU

Santo rosario da  Lourdes con P. Nicola Ventriglia - Misteri LUMINOSI

Santo rosario da Lourdes con P. Nicola Ventriglia - Misteri LUMINOSI

Лучшие песни иеромонаха Романа

Лучшие песни иеромонаха Романа

Ir-Ruzarju tat-Tbatija mas-Sorijiet Klarissi

Ir-Ruzarju tat-Tbatija mas-Sorijiet Klarissi

Страсти Христовы 2: Воскрешение (2027) Мэл Гибсон раскрывает ВСЁ

Страсти Христовы 2: Воскрешение (2027) Мэл Гибсон раскрывает ВСЁ

© 2025 dtub. Все права защищены.



  • Контакты
  • О нас
  • Политика конфиденциальности



Контакты для правообладателей: [email protected]