Популярное

Музыка Кино и Анимация Автомобили Животные Спорт Путешествия Игры Юмор

Интересные видео

2025 Сериалы Трейлеры Новости Как сделать Видеоуроки Diy своими руками

Топ запросов

смотреть а4 schoolboy runaway турецкий сериал смотреть мультфильмы эдисон
dTub
Скачать

IL-QUWS JINŻAMM ARRESTAT B’RABTA MA’ TRAFFIKAR TA’ DROGA

Автор: ONE News Malta

Загружено: 2021-11-19

Просмотров: 5150

Описание:

ONE.COM.MT • Melvin Debono magħruf bħala ‘l-Quws’ inżamm arrestat wara li allegatament inqabad b’pussess ta’ droga kokaina, maħsuba li se tiġi traffikata.
ONE News għandu f’idejh filmati esklussivi ta’ rejd li sar f’Ħal Qormi nhar l-Erbgħa li għadda fejn fih ġie arrestat Debono.
L-aħbarijiet mill-Qorti fis-servizz li jmiss.

KITBA: ONE NEWS
FILMAT: ARKIVJI

Melvin Debono, magħruf bħala ‘il-Quws’ baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti, mixli bi traffikar ta’ droga.

L-imputat, li għandu tletin sena, u li jaħdem bħala bejjiegħ ta’ karozzi, ċaħad li fil-pussess tiegħu kellu tliet mitt gramma droga kokaina.

Huwa kien mixli li huwa riċediv, minħabba li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest fuq erba’ sentenzi differenti.

Il-Prosekuzzjoni fissret li l-Pulizija kienet mgħarrfa b’mod kunfidenzjali li kien se jsir traffikar ta’ droga bejn żewġ persuni.

Intqal ukoll li fuq l-imputat instabu tliet mitt gramma kokaina.

L-Avukat Difensur Franco Debono stqarr li għalkemm l-ammont ta’ droga mhuwiex żgħir, imma lanqas hu kbir ħafna.

Id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest liema talba ġiet miċħuda.

ONE News kien segwa l-arrest tal-‘Quws’ f’Ħal Qormi b’filmati esklussivi t’arrest ukoll ta’ diversi persuni b’rabta ma’ traffikar tad-droga.

Erba’ persuni tressqu lbieraħ il-Qorti b’rabta ma’ rejds li twettqu mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Il-Qorti ddikjarat li l-arrest ta’ tlieta minnhom kien invalidu filwaqt li l-persuna l-oħra ngħatat il-libertà proviżorja.

MHUX SE JKUNU ŻVELATI ISMIJIET T’UFFIĊJALI

Il-Qorti li kienet ippreseduta mill-Maġistrat Miriam Hayman ċaħdet talba li għamlu l-avukati ta’ Yorgen Fenech, biex jiġu żvelati ismijiet tal-Uffiċjali tas-Servizzi Sigrieti Maltin li għaddew informazzjoni li wasslet għall-arrest ta’ Fenech fl-2019.

L-avukati ta’ Fenech argumentaw li din l-operazzjoni kienet illegali madankollu l-Imħallef qalet li Fenech ġie arrestat meta kien qed jipprova jaħrab mill-pajjiż, u għalhekk huwa irrelevanti jekk jiġux żvelati dawn l-ismijiet jew le.

SE JINGĦATAW INFORMAZZJONI MILL-MOBILE TA’ SCHEMBRI
Il-Qorti laqgħet it-talba ta’ Yorgen Fenech li jingħata l-informazzjoni li ttieħdet mill-mobile ta’ Keith Schembri.

L-Avukati ta’ Fenech qed isostnu li fil-mobile ta’ Schembri hemm informazzjoni li hija importanti għall-każ tagħhom.

L-Avukat tal-Istat informa lill-Qorti, li l-Uffiċċju mmexxi minnu mhux se jkun qed jappella minn din id-deċiżjoni, u għalhekk il-Kummissarju se jkun qed jagħti din l-informazzjoni lill-Avukati ta’ Fenech, anke jekk dan ifisser li l-investigazzjoni tiġi preġudikata.

IL-QORTI TRID TISMA’ AKTAR XHIEDA
anker El Hiblu.

Il-Qorti ordnat biex tiġi stabbilita l-lista ta’ persuni li kienu ġew salvati mit-tanker El Hiblu.

Dan hekk kif kompla jinstema’ l-każ kontra t-tliet akkużati, li qed ifittxu ażil u huma mixlija li ħatfu t-tanker.

Il-Qorti qed tipprova tisma’ x-xhieda tal-immigranti kollha li kellhom x’jaqsmu f’dan il-każ li jmur lura għall-elfejn u dstatax, madankollu ma setgħetx tiġi provduta lista ta’ dawn il-persuni u d-dettalji tagħhom.

In-numru ta’ immigranti jaqbeż il-mija.
Uħud mix-xhieda li kienu fuq it-tanker qalu li ma jafux ħafna dettalji.

Hawnhekk, l-Ispettur Omar Zammit stqarr li kien ra wieħed mix-xhieda jitkellem b’ċertu kunfidenza ma’ wieħed mill-akkużati.

IL-QUWS JINŻAMM ARRESTAT B’RABTA MA’ TRAFFIKAR TA’ DROGA

Поделиться в:

Доступные форматы для скачивания:

Скачать видео mp4

  • Информация по загрузке:

Скачать аудио mp3

Похожие видео

Страшное ДТП в Грозном: Адам Кадыров попал в больницу и вывезен в Москву. ЛОМАЕВ об аварии в Чечне

Страшное ДТП в Грозном: Адам Кадыров попал в больницу и вывезен в Москву. ЛОМАЕВ об аварии в Чечне

IKTAR MINN €5,000 GĦAND MARTIN U TRAB ABJAD FIL-KĊINA TA’ DEBONO

IKTAR MINN €5,000 GĦAND MARTIN U TRAB ABJAD FIL-KĊINA TA’ DEBONO

JIXHED IS-SIEĦEB FIN-NEGOZJU MA’ YORGEN FENECH

JIXHED IS-SIEĦEB FIN-NEGOZJU MA’ YORGEN FENECH

JIĊĦAD LI QATT MA TKELLEM DWAR IL-QTIL TA’ DCG MA’ FENECH

JIĊĦAD LI QATT MA TKELLEM DWAR IL-QTIL TA’ DCG MA’ FENECH

“JIEN MHUX SE NIDDEJJAQ INTAJJAR TNEJN”

“JIEN MHUX SE NIDDEJJAQ INTAJJAR TNEJN”

From conviction for attempted murder to reform – The Louis Mallia Story

From conviction for attempted murder to reform – The Louis Mallia Story

Лижут ли Вас Собаки? ВОТ ЧТО ЭТО ЗНАЧИТ (вас шокирует)!

Лижут ли Вас Собаки? ВОТ ЧТО ЭТО ЗНАЧИТ (вас шокирует)!

BONNICI KIEN ILU ĠIMGĦAT JIPPJANA L-QTIL DOPPJU

BONNICI KIEN ILU ĠIMGĦAT JIPPJANA L-QTIL DOPPJU

INSEGWU T-TAĦRIĠ TAL-PULIZIJA QABEL IŻ-ŻJARA TAL-PAPA

INSEGWU T-TAĦRIĠ TAL-PULIZIJA QABEL IŻ-ŻJARA TAL-PAPA

Сыночки и почки: Кадыров собрал родственников. Руслан Айсин

Сыночки и почки: Кадыров собрал родственников. Руслан Айсин

Joe Valachi

Joe Valachi "Mafia's code of silence" - Mafia's Greatest Hits

Продажа Петербурга. Как Генералы Сдали Город Диаспорам

Продажа Петербурга. Как Генералы Сдали Город Диаспорам

JINŻAMMU ARRESTATI B’RABTA MAS-SERQA MILL-AFM

JINŻAMMU ARRESTATI B’RABTA MAS-SERQA MILL-AFM

Il-Ħsibijiet ta' Mark - Il-Ħabs (Xarabank 19.02.16)

Il-Ħsibijiet ta' Mark - Il-Ħabs (Xarabank 19.02.16)

🔴 СРОЧНО Зеленский готов подписать документы о мире, но… #новости #одиндень

🔴 СРОЧНО Зеленский готов подписать документы о мире, но… #новости #одиндень

🛑 СТРАШНАЯ АВАРИЯ В ГРОЗНОМ! КАДЫРОВ РАЗБИЛСЯ, В БОЛЬНИЦЕ — СРОЧНО ВЫВЕЗЕН В МОСКВУ! ГОРОД ПЕРЕКРЫТ!

🛑 СТРАШНАЯ АВАРИЯ В ГРОЗНОМ! КАДЫРОВ РАЗБИЛСЯ, В БОЛЬНИЦЕ — СРОЧНО ВЫВЕЗЕН В МОСКВУ! ГОРОД ПЕРЕКРЫТ!

ЧТО ПИТЬ, Чтобы Быстро Улучшить Кровообращение В ногах

ЧТО ПИТЬ, Чтобы Быстро Улучшить Кровообращение В ногах

L-istorja dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia

L-istorja dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia

Дочери привели полицию к телу погибшей матери

Дочери привели полицию к телу погибшей матери

США срочно направили авианосцы к Ирану. Взрыв в центре МВД РФ. Циклон на Камчатке / Выпуск новостей

США срочно направили авианосцы к Ирану. Взрыв в центре МВД РФ. Циклон на Камчатке / Выпуск новостей

© 2025 dtub. Все права защищены.



  • Контакты
  • О нас
  • Политика конфиденциальности



Контакты для правообладателей: infodtube@gmail.com