Популярное

Музыка Кино и Анимация Автомобили Животные Спорт Путешествия Игры Юмор

Интересные видео

2025 Сериалы Трейлеры Новости Как сделать Видеоуроки Diy своими руками

Топ запросов

смотреть а4 schoolboy runaway турецкий сериал смотреть мультфильмы эдисон
dTub
Скачать

IL-ĠURI TA’ SION GRECH JILĦAQ L-ISTADJU FINALI TIEGĦU

Автор: ONE News Malta

Загружено: 2023-01-17

Просмотров: 2156

Описание:

ONE.COM.MT • Hekk kif dalgħodu kompla l-ġuri taż-żewġt irġiel mixlija bil-qtil ta’ Sion Grech f’April ta’ 2005, xehed l-espert forensiku Dr Mario Scerri li fl-għalqa fejn instab il-katavru ta’ Sion Grech ma kienx hemm sinjali ta’ vjolenza jew kommossjoni u li dan jista’ jindika li ma nqatlitx l-għalqa.

Wara x-xhieda tal-esperti forensiku, l-Prosekuzzjoni ddikjarat li m’għandhiex iżjed provi x’tipproduċi f’dan il-każ, bl-avukati tad-Difiża jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom quddiem il-ġurati.

KITBA: FRANCESCO BORG
FILMATI: ARKIVJI

Fl-għalqa fejn instab il-katavru ta’ Sion Grech ma kienx hemm sinjali ta’ vjolenza jew kommossjoni u li dan jista’ jindika li ma nqatlitx fl-għalqa.

Qal dan it-tabib u espert forensiku Dr Mario Scerri, hekk kif matul il-jum tat-Tlieta kompla l-ġuri taż-żewġt irġiel li jinsabu mixlija bil-qtil ta’ Sion Grech, ta’ 20 sena, mis-Siġġiewi f’Marzu tal-2005.

Fix-xhieda tiegħu, l-espert forensiku qara r-rapport li kien ħejja dwar il-każ. Huwa spjega li kien mar fuq il-post fis-6.30 p.m. tat-13 t’April 2005, meta nstab katavru f’għalqa fil-Marsa u rriżulta li kien ta’ Sion Grech. Dr Scerri qal li l-katavru kien fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni, b’idejha tal-lemin fuq wiċċha u s-swaba’ tal-lemin magħluqin. Fuq il-wiċċ kien hemm ħafna feriti suspettużi, li skont Dr Scerri kienu sinjali ta’ vjolenza. Huwa qal li l-katavru kellu ħafna ġrieħi għax il-vittma kienet qed tipprova tiddefendi lilha nnifisha. L-awtopsja ddeterminat li Sion kienet konxja li kienet qed tiġi aggredita.

Dr Scerri kompla jgħid li Sion kellha qatgħa fonda fil-parti privata, kompatibbli ma’ strument bil-ponta u li jaqta’.

It-tabib Scerri spjega li meta kien eżamina lil Ismael Habesh fuq l-għajbien ta’ Sion Grech, huwa kien sablu numru ta’ qatgħat fuq idejh, li setgħu saru xi jiem qabel u li kienu ġrieħi magħmula minn persuna.

Meta kien qed iwieġeb domandi dwar l-għalqa li fiha nstabet Sion, Dr Scerri qal li ma sabx għadajjar tad-demm, għalhekk hu probabbli li l-vittma ġiet imsawwta u nqatlet x’imkien ieħor, u wara nġarret fl-għalqa fil-Marsa.

Fis-seduta tat-Tlieta nqrat ukoll ix-xhieda ta’ Dr Mark Rosso, tabib li llum huwa mejjet u li kien sab l-katavru ta’ Sion Grech. Fix-xhieda tiegħu qal li huwa kien eżamina lil Ismael Habesh li kellu qtugħ superfiċjali f’idu x-xellugija u fil-pala ta’ jdejh, li saru madwar jumejn jew tlieta qabel. Kellu wkoll żewġ marki fuq il-polz tax-xellug, u swaba’ maħmuġin biż-żejt. Barra minn hekk, kellu marki li jindikaw li kien jabbuża mid-droga. Dak iż-żmien, meta Dr Rosso kien mistoqsi jindentfika lil Habesh fl-awla, ma għarfux u spjega li kien jara wisq nies u ma jiftakarx.

Meta l-Avukat tad-difiża Edward Gatt indirizza lill-ġurati, qal li hemm bżonn li jwarrbu l-preġudizzji. Irrefera għal dak li ntqal minn xhieda llum fil-Qorti, li aktarx li Sion Grech ma nqatilx fl-għalqa fil-Marsa, imma l-katavru tagħha ttieħed hemm.

Fl-indirizz tiegħu, Gatt qal li huwa diffiċli temmen xhieda bħal ta Jacqueline Rapinett, li xehdet li rat lill-akkużati joqtlu lil Sion fil-5 ta’April tal-2005.

Hu saħaq li x-xhieda ta’ Rapinett hija mimlija kontradizzjonijiet u staqsa kif rat lill-akkużati jerfgħu lill-vittma imma ma tiftakarx liema akkużat refa’ l-katavru minn saqajh u minn idejh.

Indirizza lil ġurija wkoll l-Avukat Simon Micallef Stafrace li kompla ma dak li qal l-Avukat Edward Gatt fejn stqarr li l-akkużi qed jistrieħu fuq dak li xehdet Jacquline Rapinett. Micallef Stafrace qal li jekk dak li qed tgħid Rapinett mhux minnhu mela l-ġurija ma tistax issib lill-akkużati ħatja.

L-Avukat Micallef Stafrace qal li l-fatti kollha jagħtu direzzjoni waħda dik tal-innoċenza ta’ Faical. Huwa qal li Faical huwa kompletament nieqes minn kull prova li nġiebet quddiem il-ġurija. L-avukat żied jgħid li l-akkużat qiegħed hawn minħabba dak li qalet Rapinett.

Il-ġuri se jkompli l-Erbgħa bl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jagħmel ir-replika tiegħu.

Il-ġuri huwa ppresedut mill-Imħallef Aaron Bugeja u d-difiża hija mmexxija mill-Avukati Edward Gatt u Ismael Psaila għan-nom ta’ Habesh u l-Avukati Simon Micallef Stafrace f’isem Faical.

IL-ĠURI TA’ SION GRECH JILĦAQ L-ISTADJU FINALI TIEGĦU

Поделиться в:

Доступные форматы для скачивания:

Скачать видео mp4

  • Информация по загрузке:

Скачать аудио mp3

Похожие видео

Зеленский принял предложение США / Резкая реакция Кремля

Зеленский принял предложение США / Резкая реакция Кремля

Joint Security Operation

Joint Security Operation

MHUX ESKLUŻ LI L-ARMI LI NSTABU NTUŻAW F’DELITTI

MHUX ESKLUŻ LI L-ARMI LI NSTABU NTUŻAW F’DELITTI

Jixhed ħu l-Bona.

Jixhed ħu l-Bona.

Rita Borg on the trial of the murder of her sister Sion Grech with analysis by Paul Bonello.

Rita Borg on the trial of the murder of her sister Sion Grech with analysis by Paul Bonello.

60 SENA TA’ SERVIZZ LILL-VETTURI TAL-MALTIN U L-BARRANIN

60 SENA TA’ SERVIZZ LILL-VETTURI TAL-MALTIN U L-BARRANIN

"Qam mill-koma fil-ġimgħa tal-Milied.... kien Milied speċjali għalina"

David Zerafa jeħel għomru l-ħabs

David Zerafa jeħel għomru l-ħabs

⚡ 10 МИНУТ НАЗАД! Переговоры с Уиткоффом и Кушнером в Берлине ЗАВЕРШИЛИСЬ

⚡ 10 МИНУТ НАЗАД! Переговоры с Уиткоффом и Кушнером в Берлине ЗАВЕРШИЛИСЬ

51 SENA TA’ MALTA REPUBBLIKA

51 SENA TA’ MALTA REPUBBLIKA

ЗЕЛЕНСКИЙ СКАЗАЛ

ЗЕЛЕНСКИЙ СКАЗАЛ "НЕТ": Украина сорвала планы Кремля! СДЕЛКА С ПУТИНЫМ — ЛОВУШКА

MALTA BIR-RWOL ATTIV FAVUR IL-PAĊI

MALTA BIR-RWOL ATTIV FAVUR IL-PAĊI

🔴 Сидеть и МОЛЧАТЬ! РФ выдавили из мирного процесса по Украине

🔴 Сидеть и МОЛЧАТЬ! РФ выдавили из мирного процесса по Украине

💥Истерическая реакция Соловьева на МЕГААТАКУ РФ рвет сеть! ТАКИМ злым в ЭФИРЕ еще не видели

💥Истерическая реакция Соловьева на МЕГААТАКУ РФ рвет сеть! ТАКИМ злым в ЭФИРЕ еще не видели

IL-PARABBOLI U L-VANĠELU - KLIEM AZZOPARDI FIL-KWERELA

IL-PARABBOLI U L-VANĠELU - KLIEM AZZOPARDI FIL-KWERELA

CЕНСАЦИЯ из БЕРЛИНА! В ЭТИ минуты все решилось! ЗЕЛЕНСКИЙ сделал ЭТО на переговорах | Итоги 14.12.25

CЕНСАЦИЯ из БЕРЛИНА! В ЭТИ минуты все решилось! ЗЕЛЕНСКИЙ сделал ЭТО на переговорах | Итоги 14.12.25

Самолеты РФ ПАДАЮТ: скотч и клей не спасли! Российский дрон убил своих — признание пленного

Самолеты РФ ПАДАЮТ: скотч и клей не спасли! Российский дрон убил своих — признание пленного

⚡ 5-ЧАСОВОЙ марафон в Берлине: переговоры завершились удачно? | Оперативные новости. Вечер

⚡ 5-ЧАСОВОЙ марафон в Берлине: переговоры завершились удачно? | Оперативные новости. Вечер

⚡Рубио шокировал Трампа о ПУТИНЕ! Сказал о диктаторе ВСЕ, ЧТО ДУМАЕТ. Послушайте, что ВСПЛЫЛО

⚡Рубио шокировал Трампа о ПУТИНЕ! Сказал о диктаторе ВСЕ, ЧТО ДУМАЕТ. Послушайте, что ВСПЛЫЛО

Украина обнаружила российский аэродром — МГНОВЕННЫЙ УДАР

Украина обнаружила российский аэродром — МГНОВЕННЫЙ УДАР

© 2025 dtub. Все права защищены.



  • Контакты
  • О нас
  • Политика конфиденциальности



Контакты для правообладателей: [email protected]