Kellymni Trailer: Episodju 55 – Ray Attard
Автор: Gwida
Загружено: 2025-07-09
Просмотров: 330
Nhar it-Tnejn 14 ta' Lulju, Ray Attard ser ikun il-mistieden li jmiss ta' Kellymni, il-Podcast ta' Gwida 🎙️
Ray Attard, nafuh bħala attur lokali iżda rajnieh ukoll jippreżenta fuq l-istazzjonijiet lokali, kif ukoll rajnieh bħala ġurat fuq Malta's Got Talent. Il-karattru tiegħu dejjem niżel tajjeb mat-telespettaturi mid-dar, fejn kellu diversi ammiraturi inkluż dawk femminili. Hu se jkun qed jingħaqad ma' Melanie Kelly biex niskopru aktar dwar il-persuna wara l-personalità. Insiru nafu ftit dwar tfulitu, it-telfa tal-għażiża ommu u kif f'ħajtu dejjem qisu ħa l-irwol li jieħu ħsieb lil ħaddieħor 💪
Nistidnukom li ssegwu l-podcast li jmiss ta' Kellymni, minn nhar it-Tnejn mit-20:00 fuq Gwida.mt, Facebook, YouTube u Spotify. Miġjub lilkom minn Valletta Glass | KFC | Dacia Malta | Myoka Spas | Aromi D Vini | Positive Parenting Malta | Water Services Corporation
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео mp4
-
Информация по загрузке: