Id-Daħla f'Ġerusalemm - Innu
Автор: H.S. HAMRUN
Загружено: 2025-04-13
Просмотров: 69
L-ewwel innu minn ħmistax li jirrakontaw L-AKBAR ĠRAJJA
Mużika: Ray Sciberras - Versi: Anselm Sciberras
INNU LIL ĠESÙ DIEĦEL ĠERUSALEMM
Resqu lejk ġew mill-irħula
Resqu lejk ġew mill-ibliet
Palm f’idejhom bdew ixejru
Bdew ilkoll jgħannu l-għanjiet
Int mistrieħ fuq ħmara bajda
Bid-dixxipli kollha ħdejk
Smajt il-ġemgħa ssejjaħ ismek
Waqt li tkanta tħares lejk
Osanna F’korijiet
Fil-Għoli Tas-Smewwiet
Imbierek Min Hu Ġej
Ġej F’isem Il-Mulej
Osanna Lil Bin David
Min jitolbok sabiex tfejqu
Min ferħan għax jinsab ħdejk
Min ikanta u jsellimlek
Min jittama jmiss idejk
Dan il-ferħ tan-nies madwarek
Daħal miegħek ġewwa s-swar
Mat-triqat tal-Belt dan ġera
Bħal ħabbar ta’ ħwejjeġ kbar
Osanna F’korijiet, eċċ.
Daħal fik l-għajjat tal-ġemgħa li xejritlek
bħal preludju għat-tbatija u t-tiġrib
F’kull Osanna kien hemm ħiemda l-għajta ‘Sallbu’
Dak kien bidu ta’ mixjietek sas-salib.
F’kull Osanna kien hemm ħiemda l-għajta ‘Sallbu’
Dak kien bidu ta’ mixjietek sas-salib.
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео mp4
-
Информация по загрузке: