Kburi li Dumnikan
Автор: Festa San Duminku Il-Birgu #FestaBirgu
Загружено: 2021-07-30
Просмотров: 2740
Kburi li Dumnikan
Festa San Duminku Il-Birgu 2021
Kantanti: Dominic Ċini, Franklin Calleja, Rianne Ċini u Erica Tanti
Kompożitur : Dominic Ċini
Awtur: Etienne Micallef
Żgħażagħ Dumnikani Il-Birgu
Parti mill-album mużikali b’isem Qalb Dumnikana li l-kumitat ħabrieki taż-Żgħażagħ Dumnikani, il-Birgu nieda bħala parti miċ-Ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tas-Sena Ċentinarja f'għeluq it-800 sena mill-mewt ta' San Duminku.
Produzzjoni: Tune D Studio
Videos Mużikali: JW Media Production
Kull dritt riservat Żgħażagħ Dumnikani Il-Birgu 2021
Kburi li Dumnikan - Lirika
Isma’ l-għajjat ġej mit-toroq ġirbin
Ta’ San Duminku bil-marċ għaddejjin
Familji sħaħ, ħbieb u tant barranin
Għall-festa lesti arahom mixtieqin
Kemm il-kbar kemm iż-żgħar
Jitpaxxew bl-armar
Fit-tmien xahar
Is-smewwiet jiddawwlu bin-nar
Magħqudin u flimkien
Dejjem ferħanin
Fuq quddiem negħlbu x-xkiel
B’saħħa ħerqanin
Il-belt rebbieħa tqim
Missier tant kbir
Bil-qima, imħabba u ġieħ
Jistħoqqlok kull kant tifħir
Oh le le, oh la la
Kburi li Dumnikan!
Oh le le, oh la la
Kburi li Dumnikan!
Ara l-Lunzjata mimlija tiżjin
Fuq il-kolonni tgħodd il-qaddisin
Tant opri ġodda wieħed jista’ jsib
L-armar ikompli kull sena jiżdied
B’ħarsa lejn il-ġejjien
Nibnu s-sisien
Bil-kuraġġ bla waqfien
B’ħarsa ‘l quddiem
Magħqudin u flimkien
Dejjem ferħanin
Fuq quddiem negħlbu x-xkiel
B’saħħa ħerqanin
Il-belt rebbieħa tqim
Missier tant kbir
Bil-qima, imħabba w ġieħ
Jistħoqqlu kull kant tifħir
Oh le le, oh la la
Kburi li Dumnikan!
Oh le le, oh la la
Kburi li Dumnikan! (x3)
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео mp4
-
Информация по загрузке: