HOOLI ft. Patrick Gaffiero - BIZA
Автор: HOOLI Official
Загружено: 2025-10-31
Просмотров: 35933
Production - WickedandLoud
Produced by - Elton ZARB@eltonzarbzee3526 HOOLI @HooliganMalta
Lyrics/Artist - Hooli aka Johnston FARRUGIA @HooliganMalta
Narrated by - Patrick GAFFIERO
Lyrics :
Biża’*
Patrick –
Mill-evoluzzjoni tar-razza umana l-biża’ kienet vitali
Sabiex il-bniedem jidentifika perikli li jista’ jaffaċċja ta’ kuljum
Illum il-biża’ evolviet ukoll u tgħix, tqum u torqod magħna…
HOOLI
Minn xi ħaġa tibża’ għid il-verità!
Mill-immaġinazzjoni jew mir-realtà,
Kull bniedem maħluq b’xi forma ta’ terrur,
Xi biża’ tal-passat li jaf toħroġ fil-futur!
Jew tara film tal-biża’ u tibqa’ impressjonat,
Mingħalik li tinsab waħdek u miegħek timmaġina li hemm xi ħadd!
Kull ħoss jaqtgħak minn ġewwa imqar nefħa riħ,
Dellijiet madwarek timmaġinahom erwieħ!
Biżgħat differenti ta’ kull għamla u qies,
Biża’ surreali jew biża’ x’jgħidu n-nies!
Biża’ li tgħelbek jew twaqqgħek it-tentazzjoni!
Biża’ tal-medja soċjali li titlef l-azzjoni!
Biża’ li tinqabad meta tkun qed tgħix fid-dnub!!
B’denbek taħt il-blat, tibża’ tkisser il-qlub
Bik m’iniex se nidħak, lanqas se niġġudikak
Li tibża’ naturali u l-moħħ jikkontrollak!!
Biża’ pt2
Patrick –
Biża’.. il-biża’ mhijiex biss l-infern jew li titlef il-grazzja t’Alla,
Iżda hija reazzjoni emozzjonali u naturali!
Il-moħħ jidentifika theddida u jwissik
jew tgħix, jew taħrab, jew tiġġieled il-biża’ tiegħek!!
HOOLI
Għandi l-biżgħat tiegħi, jien ukoll uman
Nibża’ li nitlef l-identità bejn Johnston u Hooligan!!
Nibża’ minn kliemi u lsieni għax jgħaġġlu iktar mill-ħsieb!
Nibża’ kemm-il darba li allat għamilt ċertu ħbieb!
Nibża’ mill-giddieb, nibża’ mill-ġakbin,
Minn min jgħid fuq in-nies miegħek, żgur jgħid bik mal-ħin!!
Nibża’ mis-suppost ħabib li jużak u jinqeda bik!
Dak li xħin ma jkollux bżonnok fil-pront idur kontik!!
Nibża’ li nweġġa’ l-għeżież tiegħi li huma kollox għalija;
Nibża’ mill-ħażin li jtik l-id tal-ħbiberija;
Nibża’ minn min laħaq u qed jara n-nies dubbien;
Li nesa minn fejn beda, nesa dak li kien!!
Nibża’ li ma narax l-ibni jikber, nibża’ mill-kwiet;
Tinsewx anke Luċifru kien anġlu fis-smewwiet!!
Missieri kien għallimni: “Ibża’ mill-ħaj u mhux mill-mejjet!
Nibża’ li ħa jkolli nieqaf hawn għalkemm ma nħossx li għidt biżżejjed!
Patrick –
B’mod psikoloġiku tista’ tuża l-biża’ bħal arma!
Bil-biża’ tista’ tifred, tkisser, teqred u anke toqtol;
Iżda wieħed ma jridx jinsa’ li l-ħajja hija rota,
Rota li ddur ddur ddur ddur (fading out)
Доступные форматы для скачивания:
Скачать видео mp4
-
Информация по загрузке: